Is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg se jkun qiegħed jieħu post il-mibki Robert Arrigo fil-parlament wara li dan tal-aħħar ħalla din id-dinja ftit tal-jiem ilu.
Albert Buttigieg ġie elett b’2,122 vot. Dan filwaqt li l-kandidata Emma Portelli Bonnici ġabet 1,151 vot.
Fl-aħħar xhur, Buttigieg kellu problemi mat-tmexxija tal-partit tiegħu stess, wara li lmenta pubblikament li kien twarrab għalkollox waqt il-kampanja elettorali.
Buttigieg se jkun wiċċ ġdid fil-Parlament Malti.