Il-Kap Nazzjonalista Alex Borg naqqas il-fiduċja fl-elettorat minn meta ħa t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f’idejh. Skont stħarriġ ta’ Sunday Times l-akbar tnaqqis għal Borg kien fid-distrett ta’ Għawdex.
Mill-istħarriġ jirriżulta li Borg għandu fiduċja ta’ 4.78 tal-votanti u dan ifisser tnaqqis hekk kif f’Ottubru li għadda fi stħarriġ ieħor li sar mill-istess ġurnal il-Kap Nazzjonalista kien irreġistra fiduċja ta’ 5.38.

