Stqarriġ li ġie ppubblikat fis-Sunday Times wera żieda fil-fiduċja fil-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Anke l-Partit Laburista żied il-fiduċja fost l-elettorat meta wieħed iqabbel dan l-istħarriġ ma’ stħarriġ ieħor li kien sar mill-istess ġurnal f’Ottubru tas-sena l-oħra.
Mistoqsija li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, aktar minn 51% ta’ dawk li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ qalu li jivvotaw lill-Partit Laburista, filwaqt li 45% qalu li jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista.
Dan ifisser differenza ta’ 6.3%, differenza ta’ 19,600 vot bejn iż-żewġ partiti.

