Sunday, April 19, 2026

Il-Papa jgħid li d-diskors tiegħu dwar it-‘tiranni’ ma kienx intenzjonat għal Trump

Aqra wkoll

Il-Papa Ljun XIV qal li ma kienx qed jipprova jiddibatti ma’ Donald Trump meta kkritika “tiranni” talli qed jonfqu biljuni fuq gwerer, f’diskors li għamel aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet.

Il-Papa stqarr li r-rimarki tiegħu, li saru jiem wara battibekki li kellu mal-President tal-Istati Uniti, kienu nkitbu ġimagħtejn qabel – ferm qabel ma l-President kien ikkummenta dwaru. 

“U madanakollu ġara li, kien meqjus bħallikieku kont qed nipprova niddibatti, għal darb’oħra, mal-President, li mhu fl-interess tiegħi xejn,” qal il-Papa f’kummenti mal-ġurnalisti abbord titjira lejn l-Angola nhar is-Sibt.

Trump kien ħareġ jattakka lill-Papa Ljun XIV meta fost l-oħrajn qal li l-Papa “kien terribbli għall-politika barranija.” Min-naħa tiegħu, il-Papa, li bħalissa jinsab fuq żjara fl-Afrika, qal li żviluppat “ċertu narrattiva li ma kinitx preċiża” filwaqt li kkwota s-sitwazzjoni politika maħluqa mill-kummenti ta’ Trump. 

Waqt diskors li għamel fil-Kamerun il-Ħamis li għadda, huwa kkritika lill-mexxejja li “jagħlqu għajnejhom għall-fatt li biljuni ta’ dollari qed jintefqu fuq qtil u devastazzjoni, iżda r-riżorsi meħtieġa għall-fejqan, l-edukazzjoni u r-restawr ma jinstabu mkien.” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport