Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech, fi tmiem il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li Alex Perici Calascione ġab 90.5% tal-voti tal-Kunsillieri li vvotaw fl-Elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit.
Peter Fenech ħabbar ukoll li minn 1571 Kunsillier eleġibbli, ivvotaw 1102. Minn dawn, 1078 kienu validi, filwaqt li 22 vot kienu invalidi. Voti IVA għal Alex Perici Calascione kienu 976 (90.5%), filwaqt li dawk LE kienu 104 (9.6%).
Dan ifisser li Calascione kiseb il-vot ta’ 976 kunsillier minn 1571 kunsillier eliġibbli, ekwivalenti għal 62% tal-voti kollha eliġibbli favurih. Dan hekk kif 104 kunsillier ivvutaw kontra, 22 vot kienu invalidi u 469 kunsillier naqsu milli jmorru jivvotaw.
Kienu eletti wkoll iż-żewġ rappreżentanti żgħażagħ għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista: Jean Paul Barbara u Jake Scerri Seychell.