Thursday, April 18, 2024

“Weġġajt u sal-lum ma nafx għalfejn twarrabt jiena wkoll”

L-eks Viċi Kap tal-PN jisħaq li mhux aċċettabbli li l-partit jwarrab lin-nies

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, l-eks Viċi Kap tal-partit Robert Arrigo deher pjuttost emozzjonat. 

Arrigo tkellem dwar l-unur li sal-aħħar elezzjoni ġenerali, irnexxielu jiġi elett minn żewġ distretti. Saħaq li l-uniċi żewġ min-nies li għaddewh fuq żewġ distretti għal erba’ darbiet fl-istess distrett kienu Dom Mintoff u Evarist Bartolo u li dan jikkonferma kemm il-kuntatt man-nies jibqa’ fundamentali.

Madanakollu huwa kompla biex jaqsam l-esperjenza personali tiegħu fl-aħħar kampanja elettorali fejn spiċċa mwarrab.

“Sal-lum ma nafx għalfejn twarrab jiena wkoll. Ma nafx għalfejn wara meeting Ħaż-Żabbar jiena twaqqaft, ma kellix il-permess nitla fil-first floor tal-PN Ħaż-Żabbar… Mario Degiorgio Waqqafni. F’Tas-Sliema… Waqt il-kampanja elettorali iva, jiġi Edwin Bartolo u jgħidli inti isfel mhux fuq il-palk u bqajt bilwieqfa isfel. Affarijiet li qatt m’għandhom isiru jekk aħna rridu nkunu kapaċi li dan il-partit inġibuh kif sippost ma tistax taċċetta dawn l-affarijiet”, kompla biex jispjega Arrigo mnikket.

Huwa qal kien hemm min qallu li kien kapaċi biss biex jiġbor il-flus, u iva huwa qal li baqa’ jagħmel dan sal-aħħar ġurnata għax hekk jixraq lill-Partit Nazzjonalista. 

Huwa awgura lil Alex Perici Calascione għall-fiduċja li kiseb u tenna l-fiduċja tiegħu fih biex jagħmel is-sewwa.

Ekonomija

Sport