Tuesday, April 23, 2024

F1: George Russell se jibda mill-pole position fil-GP tal-Ungerija

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, il-Britanniku, George Russell (Mercedes), issorprenda lil kulħadd hekk kif illum se jibda mill-ewwel pożizzjoni fil-Grand Prix tal-Ungerija li se jsir fiċ-ċirkwi ta’ Hungaroring fuq distanza ta’ 306.6 kilometri jew aħjar fuq 70 dawra.

Huwa rreġistra ħin ta’ minuta u 17.377 sekondi. Mit-tieni pożizzjoni se jibda l-Ispanjol Carlos Sainz Jr (Ferrari) segwit mill-kollega tiegħu Charles Leclerc ta’ Monaco.

Il-Britanniku, Lando Norris (McLaren) se jibda mir-raba’ post segwit miż-żewġ sewwieqa tal-Alpine, il-Franċiż Esteban Ocon u l-Ispanjol Fernando Alonso.

Il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) se jibda mis-seba’ pożizzjoni quddiem il-Finlandiż Valterri Bottas (Alfa Romeo), l-Awstraljan Daniel Ricciardo (McLaren) u l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull).

Bla dubju, din kienet l-agħar klassifikazzjoni għaċ-champion renjanti u l-leader eżistenti Verstappen. Aktar minn hekk dawn il-provi uffiċjali jridu jintesew mir-Red Bull minħabba li l-Messikan, Sergio Perez, se jibda mill-11-il pożizzjoni u għal­daqstant se tkun diffiċli għalihom li jitilgħu fuq il-podju.

Il-klassifika ġenerali hija (ta’ fuq): 233 – Max Verstappen; 170 – Charles Leclerc; 163 – Sergio Perez;  144 – Carlos Sainz; 143 – George Russell; 127 – Lewis Hamilton

Sport