Friday, May 3, 2024

Alex Satariano jingħaqad b’self mat-team tas-Serie C fl-Italja, Pergolettese

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Malti Alex Satariano ingħaqad b’self mat-team tas-Serie C fl-Italja, Pergolettese.

Pergolettese, li jilagħbu fis-Serie C – Girone A, kienu fetħu diskussjonijiet ma’ Frosinone hekk kif fittxew li jikkonkludu dan il-ftehim qabel l-iskadenza tat-8pm għat-timijiet Taljani.

Aktar kmieni llum, Satariano kien marbut ma’ ċaqliq ma’ Lecco, club ieħor tas-Serie C iżda l-ftehim sfaxxa fix-xejn.

Satariano lagħab minuta waħda biss fl-istaġun tas-Serie B ta’ dan l-istaġun għal Frosinone.

Sport