Monday, October 5, 2026
Home Sport Alex Scott u Ezri Konsa jirtiraw mill-iskwadra Ingliża minħabba injury

Alex Scott u Ezri Konsa jirtiraw mill-iskwadra Ingliża minħabba injury

0
58

Alex Scott u Ezri Konsa rtiraw mill-iskwadra tal-Ingilterra minħabba problemi fiżiċi. Scott, ta’ 23 sena, jista’ jkun barra sa xahrejn wara li lagħab minkejja uġigħ fil-muskolu tal-koxxa fir-rebħa kbira ta’ 7-0 kontra l-Kroazja. 

Il-midfielder ta’ Bournemouth kien impressjona fid-debutt tiegħu u kien saħansitra kellu kliem ta’ tifħir minn Thomas Tuchel li jista’ jiġġieled ma’ Declan Rice għal post fis-settur ta’ nofs il-ground. 

L-injury tista’ tfisser li Scott jitlef il-logħbiet tal-UEFA Nations League kontra l-Kroazja u Spanja f’Novembru, kif ukoll il-konfront tat-Tlieta kontra r-Repubblika Ċeka. 

Konsa, li lagħab kontra Spanja u l-Kroazja, irritorna fil-club tiegħu ta’ Arsenal għal aktar eżamijiet. 

Tuchel mhux se jsejjaħ sostituti, u għalhekk se jkollu 22 player disponibbli kontra r-Repubblika Ċeka.

Myles Lewis-Skelly u James Garner jistgħu jibdew jeħdulhom posthom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here