Il-coach tar-Repubblika tal-Irlanda, Heimir Hallgrimsson, talab lill-UEFA tikkunsidra mill-ġdid il-mod kif isiru l-poloz fil-kompetizzjonijiet futuri, wara żewġ logħbiet kontroversjali kontra l-Iżrael fil-UEFA Nations League.
L-ewwel konfront intemm b’rebħa ta’ 3-0 għall-Irlanda fl-Ungerija, fejn il-players Irlandiżi libsu faxex suwed u ma ħadux b’id il-players avversarji. Kien hemm ukoll allegazzjonijiet ta’ kant offensiv lejn Adam Idah.
Fit-tieni logħba, li ntlagħbet fis-Serbja, iż-żewġ timijiet spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Troy Parrott skorja minn penalty, qabel Dor Peretz kiseb id-draw.
Wara l-logħba qamu allegazzjonijiet li player Iżraeljan beżaq fuq Damien Doyle, uffiċjal tal-Irlanda.
Hallgrimsson qal li l-Iżraeljani kienu qed jippruvaw jintimidawhom, iżda ammetta li ma rax l-inċident.
Huwa jemmen li l-UEFA għandha tikkunsidra li żżomm iż-żewġ timijiet separati fil-poloz futuri minħabba li l-kwistjoni bejn iż-żewġ pajjiżi eskalat.
L-Irlanda għandha ħames punti, filwaqt li l-Iżrael għandu żewġ punti.




