Monday, October 5, 2026
Home Sport Il-goalkeeper tal-Ingilterra, Jordan Pickford, segwit mill-pulizija wara ġirja b’50mph bil-Lamborghini tiegħu

Il-goalkeeper tal-Ingilterra, Jordan Pickford, segwit mill-pulizija wara ġirja b’50mph bil-Lamborghini tiegħu

0
59

Jordan Pickford se jkollu jitla’ l-qorti wara li nstab li saq b’mod traskurat bil-Lamborghini Urus tiegħu f’Knutsford, Cheshire, f’April li għadda. 

Il-goalkeeper ta’ Everton u tal-Ingilterra allegatament injora t-traffic lights biex ħaddieħor ikun jista’ jgħaddi u kkawża lil żewġ sewwieqa jagħfsu l-brejkijiet biex jevitaw ħabta. 

Wara dan, huwa telaq b’veloċità qawwija u ġie segwit minn karozza tal-pulizija bi dwal u sireni mixgħula. 

F’ħin minnhom, l-uffiċjal kien qed isuq b’50mph f’żona fejn il-limitu kien ta’ 30mph, iżda Pickford baqa’ jżid id-distanza.

Eventwalment waqaf u ġie akkużat b’sewqan mingħajr ir-responsabbiltá u l-attenzjoni meħtieġa. 

Pickford wieġeb ħati online u talab li jidher personalment fil-qorti biex jippreżenta l-mitigazzjoni tiegħu. 

Huwa se jidher quddiem fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Chester, fis-7 ta’ Diċembru. 

Sewqan bi traskuraġni jista’ jwassal għal tlieta sa disa’ punti jew sospensjoni mis-sewqan.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here