Wednesday, April 24, 2024

Alex Telles ma’ Sevilla b’self

Aqra wkoll

Sevilla ffinalizzaw l-iffirmar tad-difensur xellugi Alex Telles mingħand Manchester United b’kuntratt ta’ self fit-tul.

Il-club mil-La Liga huwa maħsub li qablu li jħallsu s-salarju sħiħ tal-player ta’ 29 sena, għalkemm m’hemm l-ebda għażla li jixtru lill-player Brażiljan fis-sajf li ġej.

Telles sar it-tieni akkwist ta’ Julen Lopetegui fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf wara l-wasla tal-kompatrijott Marcao mingħand Galatasaray għal madwar £10m.

Sport