Sunday, May 5, 2024

Rachel Cuschieri tingħaqad ma’ Sampdoria mingħand Lazio

Aqra wkoll

Il-player internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri ingħaqdet mat-team Taljan tas-Serie A, Sampdoria.

Rachel Cuschieri ta’ 30 sena bdiet tilgħab man-nursery ta’ San Ġwann, u ffirmat ma’ Birkirkara fl-2005. Mal-Istripes, rebħet l-unuri ewlenin kollha fil-kompetizzjonijiet domestiċi.

Fl-2014, Cuschieri marret tilgħab Ċipru biex tingħaqad ma’ Apollon Ladies fejn rebħet tliet kampjonati fi tliet snin. Fl-2017, hija ffirmat għal Anderlecht. Huma rebħu s-Super League fl-istaġun 2017/18 iżda hija tilfet l-aħħar parti tal-istaġun minħabba injury. Is-sena ta’ wara, ingħaqdet ma’ PSV Vrouwen fl-Olanda fejn qattgħet sentejn. Sentejn ilu, Cuschieri ngħaqdet ma’ Lazio fl-Italja, fejn rebħet is-Serie B fl-ewwel sena tagħha u lagħbet fis-Serie A matul l-istaġun li għadda.

Sport