Monday, July 13, 2026
Home Sport Alexander Satariano jiffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Sliema Wanderers

Alexander Satariano jiffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Sliema Wanderers

0
1

Sliema Wanderers ħabbru l-akkwist tal-player internazzjonali Malti, Alexander Satariano, b’kuntratt ta’ tliet snin.

Magħruf bħala wieħed mill-aqwa talenti tal-futbol Malti, Alexander jirritorna fil-Malta Premier League bħala l-aħħar akkwist ewlieni fl-iskwadra tal-Wanderers.

Il-kwalità tiegħu, il-mentalità rebbieħa, u l-esperjenza siewja tiegħu kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta se jkunu ta’ benefiċċju kbir hekk Sliema qed ikomplu jibnu l-iskwadra għall-istaġun li ġej.

Prodott ta’ St Andrews, li magħhom għamel ukoll id-debutt tiegħu fil-Malta Premier League, Satariano kien ingħaqad ma’ Sliema Wanderers b’self fl-istaġun 2019/20, u b’hekk issiġilla trasferiment mal-Wanderers fl-istaġun ta’ wara.

Fis-sajf tal-2021, ingħaqad ma’ Frosinone fl-Italja iżda wara li ftit li xejn kien utilizzat minn da nil-klabb, ingħaqad ma’ Pergolettese b’self.

Fl-istaġun ta’ wara, Satariano ġie misluf lil Balzan u wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tiegħu ma’ Frosinone fis-sajf tal-2023, ingħaqad ma’ Birkirkara.

Dan sabiex fil-25 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet, ingħaqad mat-tim Grieg tas-Super League 2, Athens Kallithea FC.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here