Sunday, July 26, 2026
Home Sport Alexia Putellas lura għal-logħob ma’ Barcelona wara injury

Alexia Putellas lura għal-logħob ma’ Barcelona wara injury

0
563

Il-plejer femminili ta’ nofs il-grawnd ta’ Barcelona, Alexia Putellas, reġgħet bdiet titħarreġ mal-Katalani wara li kellha tieqaf għal xi żmien minħabba injury li kellha fil-hamstring.

Putellas għandha t-tama li tilgħab fit-tieni leg tal-UEFA Women’s Champions League kontra Roma sabiex tgħin lil sħabha jiksbu post fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.

Putellas qalet li kienet qed tħoss in-nuqqas tal-futbol milgħub u l-fatt li reġgħet bdiet titħarreġ hi xi ħaġa ferm pożittiva għaliha.