Saturday, July 25, 2026
Home Sport Mason Mount segwit minn Bayern Munich

Mason Mount segwit minn Bayern Munich

0
466

Bayern Munich qed jaħsbu sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder ċentrali Ingliż Mason Mount mingħand Chelsea. Issa li t-tim mill-Bavarja ħatar lil Thomas Tuchel fit-tmun tat-tim, il-filosofija tidher li qed tibda tinbidel bil-plejers li huma mħeġġa jagħtu aktar il-mija fil-mija tagħhom wara l-aħħar wirjiet li xejn ma kienu tajbin.

Mason Mount qed jinnegozja kuntratt ma’ Chelsea bil-kuntratt tiegħu li jiskadi fis-sena 2024. Il-club Bavarjan se jipprova jagħmel offerta tajba sabiex jikkuntenta l-ħtiġijiet tattiċi tal-kowċ Tuchel.