Friday, May 3, 2024

Harry Kane ma’ Tottenham …. possibbiltá li jitlaq?

Aqra wkoll

L-ogħla awtoritajiet ta’ Tottenham Hotspur qed jaħsbu sabiex jorganizzaw sew il-futur tal-klabb wara t-tneħħija tal-kowċ Antonio Conte kmieni din il-ġimgħa. Hekk kif l-assistent tiegħu Cristian Stellini se jkun qed jieħu l-kariga temporanja tat-tim, id-diriġenti minn Londra qed jippruvaw jipperswadu lill-attakkant Harry Kane sabiex jibqa’ magħhom. Minkejja kollox, Bayern Munich qed isegwu l-progress ta’ dan il-plejer li ilu mhux ftit f’Londra iżda li qed jitħajjar jibda avventura ġdida x’imkien ieħor. 

L-unika soluzzjoni possibbli sabiex Kane jibqa’ ma’ Tottenham hu li jagħtuh garanzija li se jingaġġaw kowċ ta’ ċertu potenzjal sabiex jisfidaw għall-unuri prinċipali kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali.

Sport