L-attivistà magħrufa favur id-drittijiet tal-annimali Alison Bezzina ħadet post il-maġistrat irtirat Dennis Montebello bħala l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.
F’reazjoni fuq il-blog tagħha, li fih kienet tikteb dwar l-istess suġġett, Bezzina qalet li kienet offruta din il-kariga xahar ilu u għall-ewwel irrifjutat għax beżgħet li kienet se tiddiżappunta lill-qarrejja tagħha imma wara ħafna konsiderazzjonijiet u wara li tkellmet ma’ attivisti oħra iddeċieda li taċċetta.
“Ir-rwol ta’ Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali huwa simili ħafna ta’ dak ta’ attivist. Id-differenza ewlenija hija l-metodu għax ma nistax immexxi blog bħala attivista imma se naħdem direttament mal-awtoritajiet biex neduka u nagħti suġġerimenti dwar liġijiet u regoli”, hija żiedet tgħid.
Bezzina Sistine li l-irwol il-ġdid tagħha jeskludiha milli tinvestiga jew tirrapporta każijiet individwali imma tista’ tintervjeni biss jekk ikun sar rapport dwar abbuż jew telqa.