“Alla jista’ jimla l-vojt li tħalli warajha t-telfa ta’ persuna maħbuba”

- L-Isqof Anton Teuma lir-romol

Aqra wkoll

Għadd ġmielu ta’ romol, irġiel u nisa, inġabru fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru, fejn ingħaqdu flimkien għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa u għal messaġġ speċjali mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Anton Teuma.

Waqt l-omelija tiegħu, l-Isqof indirizza lir-romol u tkellem dwar it-tbatija u l-vojt li jħalli warajh it-telfa ta’ persuna maħbuba. Huwa fakkar li l-qalb tal-bniedem hija maħluqa biex tħobb u tkun maħbuba, u għalhekk meta nitilfu lil xi ħadd li kien parti importanti minn ħajjitna, inħossu vojt li jista’ jwassal għal uġigħ, rabja, tbatija u anke sens ta’ ħtija.

Mons. Tzsentimenti huma parti mill-esperjenza umana quddiem it-telfa, iżda saħaq li proprju f’dan il-vojt wieħed jista’ jiltaqa’ aktar mill-qrib ma’ Alla.

Bħala riflessjoni, huwa rrefera għal diversi versi mill-Iskrittura, fosthom: “Ruħi għatxana għalik, o Alla tiegħi” u “Bħalma għażżiela tixxennaq għall-ilma, hekk tixxennaq ruħi għalik, Mulej Alla tiegħi”.

Permezz ta’ dawn il-kliem, l-Isqof wassal il-messaġġ li l-bniedem għandu jfittex lil Alla anke fil-mumenti l-aktar diffiċli ta’ ħajtu. Għalhekk, ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jistiednu lil Alla jimla l-vojt li jħossu f’qalbhom, billi jitolbu: “Ejja, Mulej Ġesù”.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, waqt il-kant tal-innu Marjan, waħda mir-romol preżenti resqet lejn ix-xbieha mirakuluża tal-Madonna Ta’ Pinu. F’isem dawk kollha li attendew, hija għamlet offerta ta’ ward lill-Verġni Marija, bħala ġest ta’ mħabba, devozzjoni u fidi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport