Grupp ta’ żgħażagħ bdew sensiela ta’ filmati li jixxandu fuq il-midja soċjali u fihom jistaqsu mistoqsijiet li ħafna persuni tal-età tagħhom jistaqsu.
L-ewwel mistoqsija li qegħdin jagħmlu hu Alla veru jeżisti?
Huma qegħdin jgħidu li minn dejjem il-bniedem bħal donnu dejjem ra li hemm xi ħadd akbar minnu u anke għaliex insibu tempji bħal Ġgantija.
Iżda fl-aħħar mill-aħħar Alla veru jeżisti? Huma qegħdin jistaqsu wkoll ir-reliġjon Nisranija hija veru?