Friday, May 3, 2024

Allan Saint-Maximin fir-radar ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Manchester United xeħtu l-attenzjoni tagħhom fuq l-attakkant Franċiż ta’ Newcastle United, Allan Saint-Maximin.

Meta fadal tmint ijiem biex jagħlaq is-suq tat-trasferimenti, ir-Red Devils se jagħmlu dak kollu possibbli biex jieħduh f’Old Trafford. Peró huwa qed jiġi segwit ukoll minn Tottenham u Chelsea.

Iżda filwaqt li l-Magpies qed jibnu team qawwi taħt tmexxija ġdida mill-Arabja Sawdita, m’għandhom l-ebda intenzjoni biex iċedu lil dan il-player li l-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju 2027. Peró f’każ li club jibqa’ jippersisti għall-firma tiegħu, il-prezz tiegħu jkun dak ta’ £150 miljun.

Sport