Monday, July 13, 2026
Home Sport Alvaro Morata fil-mira ta’ Arsenal

Alvaro Morata fil-mira ta’ Arsenal

0
778

Arsenal xeħtu ħarsthom fuq l-attakkant ta’ Atletico Madrid, Alvaro Morata.

Il-player internazzjonali Spanjol qatta’ l-aħħar żewġ staġuni f’Turin b’self ma’ Juventus, iżda l-attakkant mistenni jirritorna fil-Wanda Metropolitano dan is-sajf.

Juventus għandhom għażla ta’ xiri għall-attakkant li hija maħsuba li hija ta’ €35m iżda huwa mifhum li l-Bianconeri mhux se jkunu qed jieħdu dik l-għażla.