Thursday, April 18, 2024

Amancio Ortega jitħajjar jieħu lil Man Utd 

Aqra wkoll

Diversi tabloids Ingliżi ġabu l-aħbar li s-sid tal-kumpanija Inditex u anke tal-azjenda tal-moda ZARA Amancio Ortega lest li jieħu f’idejh l-ishma ta’ Manchester United Football Club.  

Ortega qed jinteressa ruħu li jikseb lir-Red Devils għax jixtieq jidħol fid-dinja tal-futbol. Hemm min qed jgħid li dan l-individwu għandu minjiera ta’ flus li lest jinvestihom fi plejers li għandhom valur għoli sabiex jagħmel lir-Red Devils aktar b’saħħithom.  

Għalkemm din hi biss xnigħa, dan kollu jista’ jsir realta’ ġaladarba jsir ftehim mal-ogħla awtoritajiet tal-klabb minn Manchester.  

Ekonomija

Sport