Wednesday, March 27, 2024

L-Olanda u l-Ekwador itemmu fi draw … biex il-Qatar saru l-ewwel team li safa eliminat

Aqra wkoll

Olanda………… 1

Ekwador……… 1

Kollox għadu miftuħ fi Grupp A meta l-Olanda u l-Ekwador temmew fi draw ta’ 1-1 biex qed jillidjaw b’erba’ punti quddiem is-Senegal li għandhom punt inqas.

Peró b’dan ir-riżultat, it-team ospitu tal-Qatar sar l-ewwel team li safa eliminat minn din l-edizzjoni. Barra minn hekk huma ħolqu rekord negattiv meta saru l-ewwel team ospitu fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja li safa eliminat wara biss ħamest ijiem.

Intant, l-Olandiżi ħarġu tajjeb u wara biss sitt minuti huma fetħu l-iskor minn Cody Gakpo li spara fix-xibka b’kanunata minn tarf il-kaxxa.

Iżda fid-49 minuta, l-Ekwadorjani kisbu d-draw meta Enner Valencia kien pront jixħet fix-xibka wara li l-goalkeeper, Andries Noppert la­qa’ parzjalment. 

Minkejja li ż-żewġ timi­iet ħarġu jfittxu l-goal tar-rebħa huma dehru kuntenti b’dan ir-riżultat.

Olanda: Andries Noppert, Nathan Ake, Virgil van Dijk, Jurrien Timber, Daley Blind, Frenkie de Jong, Teun Koopmeiners (Martin de Roon 79), Denzel Dumfries, Davy Klaassen (Steven Berghuis 79), Steven Bergwijn (Memphis Depay 46), Cody Gakpo (Wout Weghorst 79) – Coach: Louis van Gaal

Ekwador: Hernan Galindez, Piero Hincapie, Felix Torres, Jackson Porozo, Pervis Estupinan, Moises Caicedo, Jhegson Mendez, Angelo Preciado, Enner Valencia (Kevin Rodriguez 92), Michael Estrada (Jeremy Sarmiento 74), Gonzalo Plata (Romario Ibarra 92) – Coach: Gustavo Alfaro

Referee: Mustapha Ghorbal (Algerija)

Assistenti: Mokrane Gourari, Abdelhak Etchali (Algerija)

Ekonomija

Sport