Saturday, April 27, 2024

“Ambizzjuż li se nilħqu l-mira tas-700,000 turist sal-aħħar tas-sena”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jiġi intervistat mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-fatt li għal darba oħra kellu quddiemu tliet ġurnalisti mill-midja indipendenti turi kemm il-gvern hu miftuħ għal skrutinju biex iwieġeb għall-mistoqsijiet dwar id-dubji.

Rigward ċertu deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar xhur li setgħu ħallew konfużjoni u uġigħ fost il-partitarji Laburisti, Abela qal li d-deċiżjonijiet kollha li qed jieħu se jkunu qed iħallu l-frott.

Huwa għamel distinzjoni bejn Joseph Muscat u Konrad Mizzi. Qal li filwaqt li fil-każ ta’ Mizzi kien hemm konnessjoni ma’ Panama Papers u allegazzjonijiet oħra. Qal li fil-każ ta’ Muscat ix-xenarju huwa differenti. Rigward Muscat qal li hu mhu qed jara l-ebda inkompatibilità biex dan iżomm is-siġġu parlamentari tiegħu bħala wieħed mill-Membri Parlamentari li jirrapreżentaw il-PL.

Rigward il-possibilità ta’ elezzjoni bikrija Abela qal li ma jarax il-ħtieġa li dan iseħħ biex jibda paġna ġdida. Qal li f’dan il-mument jeħtieġ stabbilità u li niffukaw fuq l-ekonomija u li naraw il-pajjiż jirpilja. Qal li jaħseb li elezzjoni bikrija kienet tkun l-għażla l-faċli għax ir-riżultat jaħseb li hu antiċipat x’jista’ jkun. Spjega li minflok dik it-triq għażel li jieħu ċertu deċiżjonijiet diffiċli li wasslu biex u jieħu ċertu daqqiet fuqu fl-interess tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru tkellem dwar sitwazzjonijiet ta’ politiċi li jabbużaw mill-privileġġ Parlamentari. Qal li meta użat tajjeb dan il-privileġġ iservi għal skop tajjeb u li hija għodda tajba li serviet lis-Saltna tad-dritt b’mod tajjeb. Huwa appella biex dan jintuża bi prudenza għall-interess nazzjonali.

Abela tkellem dwar it-turiżmu. Qal li qatt daqstant daqs illum ma konna qed nirrikonoxxu l-importanza ta’ dan is-settur. Biex wieħed jara kemm hu kruċjali l-influss tat-turiżmu, Abela spjega li minkejja popolazzjoni ta’ madwar nofs miljun ruħ, jilqa’ mat-tliet miljun turist fis-sena. Tkellem dwar l-għajta tan-negozji li qed jistennew il-ftuħ tal-ajruporti. Il-Prim Ministru żied jgħid li m’hemmx għalfejn ikompli jisħaq dwar l-importanza ta’ dan is-settur għax il-poplu ed jifhem dan.

Abela kkummenta wkoll dwar ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. Qal li kien diżappuntat li l-oppożizzjoni abdikat minn funzjoni tant importanti li tagħmel il-mistoqsijiet kollha li kienu meħtieġa li jsiru lill-Kummissarju. Tkellem dwar il-ħatra ta’ Alexandra Mamo u qal li l-affarijiet hekk għandhom isiru. Abela qal li l-gvern se jinċentiva lill-Korp biex jagħmel xogħlu. 

Dwar l-Air Malta qal li mhux biss hu infurmat, iżda anke jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet. Qal li llum hemm deċiżjoni tal-Qorti. Il-kumpanija mhux se tinjora din id-deċiżjoni u l-futur tal-piloti qiegħed f’idejhom stess. Għaldaqstant huwa għamel l-appell biex l-piloti jifhmu li fejn kellek settur tal-avjazzjoni mejjet għal tliet xhur jeħtieġ li jsiru sagrifiċċji biex nigarantixxu l-vijabbilità tal-linja tal-ajru għall-futur.

Abela qal li hu jinsab ambizzjuż li jintlaħqu l-miri tat-turiżmu prospettati għal din is-sena. Qal li dawn l-miri b’xi mod jew ieħor se jkunu qed jintlaħqu u jixtieq li l-Air Malta tkun parti minn dan is-suċċess.

Il-ġurnalist tal-Orizzont Claudio Coleiro waqt l-intervista tal-Prim Ministru Robert Abela

Sport