Wednesday, April 24, 2024

“Il-PN mhux se jfalli … għamilna profitt ta’ €250,000” – Il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-aħħar sezzjoni tal-Kunsill Ġenerali Riforma u Tiġdid il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo tkellem dwar il-finanzi tal-partit.

Huwa qal li fl-aħħar xhur il-partit għamel profitt ta’ €250,000. Huwa qal li jinsab kburi b’dawn ir-riżultati u li dawn servew ta’ risposta għal bosta. Arrigo sostna li l-PN ġej fuq saqajh u li d-dejn tal-partit baqa’ nieżel. Mhux biss, qal li s-sena d-dieħla din il-ħaġa se tirrepeti ruħha u l-partit se jkompli jnaqqas id-dejn. Huwa qal li l-partit mhux se jfalli għall-kuntrarju ta’ ħafna għajdut.

Huwa tkellem dwar il-perjodu li kien se jwarrab u li dak iż-żmien faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19. Qal li fl-istess perjodu kien hemm persuna li għaddielu nota li hu kellu fiduċja fih u li kien jeħtieġ li ma jiċċaqlaqx mill-pożizzjoni tiegħu biex fil-futur il-PN jasal biex ikun partit rebbieħ mill-ġdid.

Sport