Tuesday, December 24, 2024

Amerikani meħlusa fi skambju ta’ priġunieri mar-Russja jingħaqdu lura mal-familji tagħhom

Aqra wkoll

Tliet Amerikani fosthom il-ġurnalist tal-Wall Street Journal Evan Gershkovich – li nħelsu fi ftehim ta’ skambju ta’ priġunieri mar-Russja – waslu lura fl-Istati Uniti.

Gershkovich ta’ 32 sena, kien wieħed mis-16-il priġunier mibdula ma’ tmien priġunieri Russi f’dak li qed ikun deskritt bħala l-akbar skambju ta’ priġunieri minn tmiem il-Gwerra l-Bierda bejn ir-Russja u l-Punent. 

L-iskambju f’ajruport fit-Turkija inkluda wkoll il-ħelsien tal-eks baħri Amerikan Paul Whelan u l-ġurnalista Russa-Amerikana Alsu Kurmasheva. It-tlieta li huma ntlaqgħu mill-President Amerikan Joe Biden u l-Viċi President Kamala Harris, qabel ingħaqdu mal-familjari tagħhom.

Meta tkellem dwar ir-ritorn tagħhom fl-Istati Uniti, is-Sur Biden iddikjara li “l-kalvarju tagħhom issa spiċċa”. Huwa faħħar ir-rwol tal-alleati Amerikani, partikolarment il-Ġermanja u l-Islovenja kif ukoll iddeskriva l-ħelsien ta’ Whelan, Gershkovich u Kurmasheva u l-kritiku tal-Kremlin Vladimir Kara-Murza bħala kisba ta’ diplomazija. 

Il-ftehim, li kien ilu jiġu nnegozjat għal dawn l-aħħar 18-il xahar, jidher li kien ibbażat fuq it-talba ta’ Moska għar-ritorn ta’ Vadim Krasikov li kien qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs fil-Ġermanja dwar qtil f’park f’Berlin. Huwa issa jinsab lura r-Russja. 

Il-Presidenza tat-Turkija qalet li 24 persuna minn ħabsijiet f’seba’ pajjiżi differenti ġew skambjati f’Ankara. Dawn il-priġunieri kienu mill-Istati Uniti, il-Ġermanja, il-Polonja, is-Slovenja, in-Norveġja, ir-Russja u l-Belarus. 

Ekonomija

Sport