Il-PM Pollakk iwissi li Putin jista jattakka pajjiżi li jappoġġaw l-Ukrajna

Aqra wkoll

Ir-Russja ta Vladimir Putin jista qed tħejji biex tidħol fi gwerra kontra l-pajjiżi li qed jappoġġjaw lill-Ukrajna billi tniedi attakki bil-missili fuq it-territorju tagħhom. Dan żvelah il-Prim Ministru tal-Polonja, Donald Tusk nhar il-Ħamis filgħaxija waqt li kien qed jindirizza l-parlament Pollakk.

Donald Tusk ħareġ din it-twissija inkwetanti ħafna wara li pajjiżu kien sfurzat li jagħlaq l-ispazju tal-ajru tiegħu, jgħasses b’ajruplani tal-ġlied u jagħlaq l-ajruporti minħabba l-aħħar attakk tal-Kremlin.

Waqt id-diskors tiegħu, Donald Tusk qal li l-aġenziji tal-intelligence tal-Punent ikkonfermaw it-tħejjijiet ta’ Vladimir Putin għal kunflitt usa’. Huwa sostna li bħala alleat ewlieni tal-Ukrajna, il-Gran Brittanja tista’ tkun fost il-pajjiżi li r-Russja biħsiebha tattakka. 

Filwaqt li l-attakki bid-drones u l-missjonijiet ta’ tkixxif Russi fl-ispazju tal-ajru tan-NATO ġraw ukoll qabel, inkluż fuq bażijiet Brittaniċi, l-attakki ta’ issa bil-missili jirrappreżentaw eskalazzjoni sinifikanti.

Id-diskors tiegħu Tusk għamlu wara attakk Russu mill-aktar prużuntuż fuq il-Punent tal-Ukrajna, qrib il-fruntiera mal-Polonja, li fih intuża drone veloċi mħaddem b’magna bil-ġett.

Dan l-attakk mill-ajru seħħ ftit jiem wara li drone Russu laqat stazzjon tal-ferrovija qrib il-fruntiera, f’inċident li naqas bi ftit milli jintlaqtu diplomatiċi tal-Punent, fosthom l-eks Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson.

Il-President Putin, li jinsab dejjem aktar iddisprat, jidher li jrid ibeżża’ lill-alleati tal-Punent tal-Ukrajna biex dawn jirtiraw l-appoġġ tagħhom.

Tusk żied jgħid li l-intelligence miġbura kienet konsistenti ħafna u konvinċenti u wissa li r-Russja tista’ tpinġi attakki futuri bħala inċidentali, bil-għan li ddgħajjef ir-rieda tan-NATO li tirrispondi.

Huwa qal ukoll li x-xhur li ġejjin tal-ħarifa u x-xitwa se jkunu l-aktar perjodu kritiku tal-kunflitt ta’ erba’ snin, bir-Russja tfittex li tittestja r-riżoluzzjoni tan-NATO bħal qatt qabel.

L-użu dejjem jikber ta’ drones Russi li jaħdmu bil-ġett fil-Punent tal-Ukrajna wassal għal sejħiet biex il-Gran Brittanja u alleati oħra jisparaw fuq u jinterċettaw il-missili Russi qabel ma jilħqu l-ispazju tal-ajru tan-NATO.

Il-veloċità akbar tad-drones li jaħdmu bil-ġett tfisser li d-difiżi tal-ajru tal-Punent għandhom ħin iqsar biex jirrispondu, għalhekk hemm il-ħtieġa li d-drones jiġu involuti aktar kmieni.

Il-Polonja, li qed tonfoq aktar mir-Renju Unit fuq it-tisħiħ tad-difiża tagħha bħala perċentwal tal-PDG, tinsab kunfidenti li tista’ tegħleb lir-Russja fi kwalunkwe gwerra konvenzjonali flimkien mal-alleati Ewropej tagħha.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Pollakk, Radek Sikorski, stqarr li l-forzi Russi jiġu megħluba malajr u b’ħeffa grazzi għas-superjorità tal-ajru tal-Polonja u tan-NATO.

Il-Forzi tal-Ajru Pollakki ngħataw awtorizzazzjoni minn qabel biex jisparaw u jwaqqgħu kwalunkwe ajruplan militari Russu li jidħol fl-ispazju tal-ajru tagħhom. Qed iżidu wkoll l-għassa bl-ajruplani F-16 u l-attività tal-ħelikopters.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Andy Burnham qed jiffaċċja pressjoni dejjem tikber biex jispjega kif ir-Renju Unit se jilħaq il-mira tiegħu għall-infiq fid-difiża. S’issa, il-Gvern alloka biss fondi għal żieda li twassal l-infiq għal 2.7 fil-mija tal-PDG sal-2027/28. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport