Mixli li darab lil missieru b’sikkina

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li darab lil missieru b’sikkina. 

L-imputat kien mixli li nhar l-Erbgħa li għadda darab lil missieru b’mod ħafif u li kkawża biża’ li tintuża vjolenza fil-konfront tal-familjari tiegħu. 

Il-Qorti semgħet kif il-pulizija fl-Għassa ta’ San Ġiljan kienu mitluba jassistu wara rapporti dwar allegat ‘stabbing’ li kienu jinvolvu lill-imputat u missieru. 

Meta waslu fuq il-post, l-uffiċjali sabu lil oħt l-imputat tgħajjat u minnufih l-imputat tpoġġa taħt arrest.

Tabib mediku ċċertifika li l-allegat vittma kien sofra minn ġrieħi ħfief.

L-imputat tressaq ilbieraħ fil-Qorti fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Id-Difiża qalet li f’dan l-istajdu ma kinitx se titlob għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Zammit dehru għall-imputat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport