Thursday, April 18, 2024

Ammont mid-donazzjonijiet tad-demm tal-lum se jintużaw biex jinħarġu boroż tad-demm għat-trabi u tfal żgħar

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għal darb’oħra appella biex kull min hu f’saħħtu, jersaq u jmur jagħti d-demm.

Dak hekk kif hemm il-ħtieġa ta’ ammont sostanzjali ta’ boroż ta’ demm kemm jista’ jkun malajr biex illum u għada jissupplixxuhom lill-Isptar Mater Dei u lill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li fatt interessanti huwa li ammont mid-donazzjonijiet tad-demm li se jsiru llum se jintużaw biex mil-laboratorji tagħhom jinħarġu boroż tad-demm għat-trabi u tfal żgħar.

L-għoti tad-demm illum jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li llum ser ikun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-6:00pm, inkella fil-mobile blood donation unit li mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun fil-wesgħa ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa, jew fil-Berġa tax-Xewkija illum disponibbli mit-8:00am sas-1:00pm.   

Iktar informazzjonji dwar l-għoti tad-demm tinkiseb minn www.blood.gov.mt jew billi wieħed iċempel 79307307 jew 80074313

Ritratt: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport