Sunday, December 22, 2024

Amnesty International tesiġi li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem

Aqra wkoll

Hekk kif l-Arabja Sawdija tinsab pass bogħod milli tospita t-tazza tad-dinja 2034, tkellem id-direttur responsabbli mill-ġustizzja ekonomika fi ħdan Amnesty International Steve Cockburn.

Dan tal-aħħar saħaq li issa li kważi hemm ċertezza li l-Arabja Sawdija se torganizza din l-edizzjoni, importanti li l-FIFA tħares lejn id-drittijiet umani u kif dawn iridu jiġu rispettati anke f’pajjiżi estremi bħal hu l-Arabja Sawdija.

Cockburn qal li l-FIFA trid tara li l-liberta’ tal-espressjoni u l-ebda diskriminazzjoni ma jiġu mittiefsa sabiex verament ikun hemm avveniment sportiv kif suppost.

L-Arabja Sawdija għandha ċerti regoli stretti u dan qed jinkwieta lil Amnesty International bil-kbir.

Ekonomija

Sport