Sunday, October 20, 2024

Ancelotti kuntent li Dani Ceballos baqa’ ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-midfielder ċentrali Dani Ceballos baqa’ fil-belt kapitali Spanjola minkejja li kellu diversi offerti fosthom mill-eks tim tiegħu Real Betis.

Ancelotti qal li ħa gost li Ceballos għażel li jibqa’ jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu u ammetta li hu parti mill-pjan tattiku tiegħu għal dan l-istaġun li għadu kemm beda.

Ceballos ġedded il-kuntratt tiegħu mal-Merengues is-sena l-oħra u jinsab marbut mal-klabb sal-2027.

Sport