Il-vjolinist André Rieu għadu kemm ħabbar li se jkun qiegħed jagħmel it-tieni kunċert f’pajjiżna.
Dan wara li l-biljetti tal-ewwel serata li mistennija tittella’ fl-ewwel ta’ Settembru jinsabu kważi mibjugħin kollha.
Permezz ta’ filmat li tella’ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook, fejn irringrazzja wkoll lill-poplu Malti tal-merħba sabiħa li tah f’pajjiżna, huwa ħabbar ukoll li se ssir serata oħra l-għada t-Tnejn ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana.