Friday, July 24, 2026
Home Sport Andre se jingħaqad ma’ Fulham

Andre se jingħaqad ma’ Fulham

0
273

Jidher li Fulham għelbu l-konkorrenza ta’ Liverpool u Manchester United sabiex akkwistaw il-firma tal-plejer Brażiljan Andre mingħand Fluminense. Dan il-plejer se jiġi jiswihom €30 miljun u mistenni saħansitra jasal f’Jannar hekk kif il-kampjonat Brażiljan jintemm fl-aħħar ta’ din is-sena.

Andre għandu 22 sena u jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd. Hu lagħab 56 partita ma’ dan it-tim li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Brażiljana u skorja gowl wieħed biss.