Friday, May 3, 2024

Andrea Pirlo coach ta’ Barcelona?

Aqra wkoll

Wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Benfica fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, iż-żmien tal-coach ta’ Ronald Koeman ma’ Barcelona qed jersaq lejn it-tmiem tiegħu.

Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva wara dik ta’ 3-0 kontra Bayern Munich. B’dawn iż-żewġ telfiet il-Katalani jistgħu jispiċċaw jilagħbu fil-UEFA Europa League. 

Għaldaqstant, id-diretturi tal-club qed ifittxu s-suċċessur u skond rapporti fil-media Katalana qed isostnu li l-player leġġendarju Taljan, Andrea Pirlo, huwa l-favorit li jeħodlu postu, minkejja li m’għandux esperjenza ta’ coaching. 

Kandidati oħrajn huma Xavi Hernandez u Roberto Martinez.

Sport