Sampdoria ħabbru li Andrea Sottil se jieħu t-tmexxija tat-tim f’idejh wara li aktar qabel neħħew lil Andrea Pirlo minn fuq il-bank.
Sampdoria bħalissa jinsabu t-tieni mill-aħħar fil-klassifika tas-Serie B wara li bdew l-istaġun bi draw u żewġ telfiet.
Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, Sampdoria jilagħbu kontra Bari u Sottil se jkun qed jiddebutta magħhom.
Sottil għandu 50 sena u l-aħħar tim li mexxa kien Salernitana.