Diversi klabbs Ewropej qed isegwu b’attenzjoni l-progress tad-difensur internazzjonali Daniż, Andreas Christensen. Dan tal-aħħar qed jiġi evalwat minn Inter, Juventus u anke xi klabbs mill-Premier League Ingliż.
Bħalissa Christensen qed jilgħab ma’ Barcelona fejn ilu magħhom sa mis-sena 2022 u fejn skorja tliet gowls f’54 partita. Hu qed jiġi stmat li jiswa €30 miljun.
Christensen lagħab ukoll ma’ Chelsea u Borussia Monchengladbach.