It-telfa ta’ Juventus kontra Sassuolo bl-iskor ta’ 3-2 tal-Ħadd filgħaxija, ħolqot dubji kbar fi ħdan il-club, iżda l-pożizzjoni tal-coach, Luciano Spalletti, mhijiex fil-periklu.
It-telfa waslet fir-raba’ ġurnata tas-Serie A, wara bidu pożittiv b’żewġ rebħiet u draw ta’ 2-2 kontra Milan, fl-aħħar mumenti tal-partita.
Id-direttur maniġerjali, Giovanni Carnevali, saħaq li Spalletti huwa coach straordinarju u wieħed mill-aqwa, filwaqt li enfasizza l-importanza tal-paċenzja u l-ħin biex jitwettaq il-proġett tal-club.
Għalissa, Juventus m’għandhomx l-intenzjoni li jneħħu lill-coach iżda Spalletti, bħal kull coach ieħor, jibqa’ marbut mar-riżultati.
Jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar u jkun hemm bżonn bidla, l-ewwel għażla tal-club tkun Antonio Conte li bħalissa jinsab mingħajr club wara li temm l-esperjenza tiegħu ma’ Napoli.
Conte għandu rabta speċjali ma’ Juventus, kemm bħala eks player u captain kif ukoll bħala coach.




