L-attakkant internazzjonali Taljan u ta’ Cagliari, Daniel Maldini, kien involut f’inċident bil-karozza f’Milan fis-sigħat bikrin tat-Tnejn.
Dan seħħ ftit sigħat wara li Maldini lagħab u skorja l-penalty rebbieħ fir-rebħa ta’ Cagliari 2-1 kontra Atalanta.
Skont rapporti fil-media Taljana, Maldini falla test tal-breathalyser, b’żewġ testijiet li kienu ogħla mil-limitu legali.
Għaldaqstant, il-pulizija kkonfiskatlu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu waqt li ttieħdu kampjuni tad-demm biex jintbagħtu għal testijiet.
L-avukat tiegħu, Danilo Buongiorno, qal li Maldini ġie eżaminat fl-isptar u m’għandu l-ebda injury.
Daniel huwa iben il-leġġenda ta’ Milan u l-Italja, Paolo Maldini, u x-xahar id-dieħel jagħlaq 25 sena.




