Fi tmiem din il-ġimgħa sar The Scratch and Kinnaird Trophy organizzat mir-Royal Malta Golf Club li bħas-soltu attira numru kbir ta’ parteċipanti f’temp li kien wieħed relattivament sabiħ.
Fil-Kinnaird Trophy kien Frederick Johansson li ġie l-ewwel wara li kellu 150 punt segwit mill-Malti Peter Naudi f’100 punt u Sam Azzopardi b’75. Fl-istess waqt, Ivan u Pavel Lunev spiċċaw fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.
Mill-banda l-oħra, Andy Borg kien l-aħjar f’The Scratch Challenge meta kellu total ta’ 250 punt segwit minn Noah Gratil b’150 u Aleks Vagimov li ġie fit-tielet post b’100 punt.
Sadanittant, JJ Micallef u Ruud Critien spiċċaw eżattament warajhom.
Angelo Attaguile, direttur ta’ Interni Italia, sponsors ta’ din l-attivita’ qassam it-trofej lir-rebbieħa fil-preżenza tal-kaptan tar-Royal Malta Golf Club Stewart Davies.