Andy Robertson sar l-aktar player li qatt lagħab mat-team nazzjonali tal-Iskozja wara li lagħab il-103 partita tiegħu fil-konfront kontra l-Iżvizzera fil-UEFA Nations League.
Il-captain Skoċċiż qabeż ir-rekord preċedenti ta’ 102 dehra, li kien ilu miżmum mil-leġġenda Kenny Dalglish.
Robertson, li ddebutta mal-Iskozja f’Marzu tal-2014 kontra l-Polonja, sar wieħed mill-aktar players importanti tat-team nazzjonali. Huwa mexxa lil pajjiżu bħala captain fil-kampjonati Ewropej tal-2020 u tal-2024.
Minkejja dan it-tragward storiku, Robertson ra l-okkażjoni tiegħu tkun mtappna bit-telfa kbira ta’ 4-0 kontra l-Isvizzera f’San Gallen.




