L-Isvizzera kisbet rebħa konvinċenti ta’ 4-0 kontra l-Iskozja fil-konfront tagħhom minn Grupp B1 tal-UEFA Nations League, li ntlagħab f’San Gallen.
L-Iskozja bdiet tajjeb iżda fis-22 minuta Lewis Ferguson ikkommetta auto-goal li ta l-vantaġġ lill-Isvizzeri.
Żewġ minuti wara l-intervall, Winsley Boteli rdoppja wara azzjoni maħduma minn Samuel Ballet. Alvyn Sanches żied it-tielet goal fis-51 minuta b’xutt b’saħħtu li ma ta ebda ċans lill-goalkeeer Angus Gunn.
L-Iskozja ftit li xejn irnexxielha twieġeb, u fit-89 minuta Zeki Amdouni għalaq ir-riżultat b’goa l ieħor.
Dan il-konfront kien storiku wkoll għal Andy Robertson, li għamel il-103 dehra tiegħu mat-team nazzjonali u sar l-aktar player li qatt libes il-flokk tal-Iskozja fil-football internazzjonali.





