Monday, May 13, 2024

Ange Postecoglou jrid lil Jota ta’ Celtic

Aqra wkoll

Hekk kif Manor Solomon u Ivan Perisic jinsabu mweġġgħin, il-kowċ ta’ Tottenham Hotspur Ange Postecoglou qed ifittex sostitut denju għalihom speċjalment jekk idumu ma jirkupraw mill-injury li għandhom.

Il-gazzetti Ingliżi qed jispekulaw li Postecoglou jrid lil Joao Pedro Neves Filipe, magħruf bħala Jota f’Jannar li ġej.

Dan tal-aħħar jilgħab ma’ Al Ittihad fl-Arabja Sawdija iżda ftit qed jilgħab b’mod regolari. Dan kollu jista’ jwassal biex Jota jiġi f’Londra u jilgħab ma’ The Spurs. Hu jaf sew lil Postecoglou minħabba li kien kowċ tiegħu ma’ Celtic.

Sport