Tuesday, September 17, 2024

Angel Gomes segwit minn tliet clubs

Aqra wkoll

Liverpool ingħaqdu ma’ Arsenal u Newcastle United sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Angel Gomes. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u dan l-aħħar kien reġistrat ma’ Lille fi Franza. Hu jixtieq ibiddel id-destinazzjoni u l-Ingilterra tidher il-pajjiż li lest jilqgħu. Hu diġa’ lagħab żewġ logħbiet mat-tim nazzjonali Ingliż filwaqt li diġa’ għandu togħma tal-futbol Ingliż meta lagħab ma’ Manchester United bejn l-2017 u l-2020.

Gomes għamel żmien misluf lil Boavista fejn kompla jżid mal-esperjenza internazzjonali tiegħu u issa jinsab lest għall-qabża fil-kwalita’ fil-Premier League Ingliż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport