“Jidher biċ-ċar li fil-Gżira Għawdxija, il-Partit Laburista se jkun qiegħed jagħmel rebħa tajba u tajba ferm u għaldaqstant dik il-fiduċja rridu nsarrfu f’aktar ħidma għall-Maltin u l-Għawdxin kollha”, sostna dan il-kandidat Laburista fuq it-13-il distrett Clint Camilleri fl-ewwel kummenti tiegħu lil dan is-sit.
Camilleri qalilna li r-riżultat jikkonferma li l-elettorat jafda u apprezza l-ħidma ta’ dan il-gvern fl-aħħar snin. Jidher ukoll li l-poplu emmen fil-proġetti u l-proposti li ppreżenta l-Partit Laburista.