Friday, May 17, 2024

“Mandat b’saħħtu li ħdimna ħafna għalih”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ian Borg: Kuntent ħafna li l-Partit qed jerġa’ jingħata mandat b’saħħtu

Fil-kummenti tiegħu ma’ Talk.mt, Ian Borg qal : “Din hija t-tielet darba konsekuttiva li l-poplu Malti u Għawdxi qed jagħżel lill-Partit Laburista. Qed jagħżel lill-mexxej tiegħu u politika pożittiva. In-nies iridu jkunu jafu kif huma, uliedhom u pajjiżhom se jintlaqtu aħjar. L-għażla tal-poplu hi ċara. Kuntent ħafna li l-Partit li jiena ħdimt fih se minn tfuliti qed jerġa’ jingħata mandat b’saħħtu. Kuntent għall-Prim Ministru Robert Abela. Kuntent ukoll li fid-Distretti tiegħi jidher li x-xogħol li għamilt ġie apprezzat ukoll.”

Malcolm Paul Agius Galea: Rebħa li ħdimna ħafna għaliha

Ma’ dan is-sit tkellem ukoll Malcolm Paul Agius Galea: “Rebħa li ħdimna ħafna għaliha. F’għajnejn in-nies tidher rebħa faċli. Però mhix rebħa faċli. Għax trid tifhem ħaġa waħda li partit li bħalissa qiegħed fil-Gvern għandu wkoll il-problemi tiegħu u allura aktar tista’ titlef il-voti. Hemm ukoll kwistjonijiet li ridna nindirizzaw. Jidher li r-riżultat ħareġ bil-qawwi u jidher li se jkollna rebħa konvinċenti. Jiena persuna li ma nħobbx il-politika tal-ħdura u l-mibegħda. Dik bdiet min-naħa tiegħi bħala tabib, għax naħdem ma’ kulħadd u trażmettejtha anke fil-politika. Il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar sejrin ‘il bogħod minn hemmhekk.”

Sport