L-attakkant ta’ Barcelona, Ansu Fati ma setax jitħarreġ mal-ewwel team nhar l-Erbgħa, bl-Ispanjol jiffaċċja battalja għat-telgħa biex ikun disponibbli għall-konfront taċ-Champions League tal-ġimgħa d-dieħla kontra Bayern Munich.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ilu barra mill-azzjoni mill-bidu ta’ Novembru, wara li sofra injury fil-hamstring fid-draw ta’ 3-3 kontra Celta Vigo fis-6 ta’ Novembru.
Fati kien qed jirbaħ il-ġlieda tiegħu biex ikun disponibbli għall-partita kontra Bayen fiċ-Champions League, b’Barcelona qed ifittxu li jispiċċaw it-tieni fi Grupp E b’ Bayern diġà kwalifikati.
Madankollu, wara li nhar l-Erbgħa ġie mġiegħel jitlef it-taħriġ, Fati huwa dubjuż għall-partita kontra ċ-champions tal-Bundesliga.
L-Ispanjol skorja 17-il goal u rreġistra sitt assists f’51 dehra għal Barcelona fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi erba’ goals fi tmien ħarġiet dan l-istaġun wara li rkupra minn problema fit-tul fl-irkoppa.
It-team ta’ Xavi se jkun qed ifittex li jikseb tliet rebħiet konsekuttivi fil-kampjonat meta s-Sibt wara nofsinhar jilqgħu lil Real Betis fil-Camp Nou.