Cristiano Ronaldo żvela li kien qed jikkunsidra li jirtira mill-football internazzjonali wara t-Tazza tad-Dinja tal-2026, iżda ddeċieda li jkompli jilgħab għall-Portugall għax jemmen li għad għandu x’joffri lit-team nazzjonali.
Ronaldo, li għandu 41 sena, ikkonferma matul is-sajf li t-Tazza tad-Dinja tal-2026 se tkun l-aħħar waħda tiegħu, iżda għadu ma ddeċidiex eżattament meta se jtemm il-karriera tiegħu.
Ronaldo ġie inkluż fl-iskwadra ta’ 25 player tal-Portugall għall-kampanja tal-UEFA Nations League, li tibda bil-logħba kontra Wales f’Lisbona. Minbarra li jrid jgħin lit-team nazzjonali jirbaħ it-tielet titlu tiegħu fil-UEFA Nations League, Ronaldo għandu wkoll għan personali importanti: irid jiskorja l-21 goal li jonqsu biex jilħaq l-1,000 goal fil-karriera tiegħu.
Il-player ta’ Al-Nassr qal li tkellem mal-president u mal-coach tat-team nazzjonali qabel ħa d-deċiżjoni li jkompli jirrappreżenta lil pajjiżu. Huwa jemmen li jista’ jgħin mhux biss permezz tal-goals tiegħu, iżda wkoll bl-esperjenza u l-appoġġ tiegħu barra mill-ground.
Ronaldo enfasizza wkoll l-importanza li jgħin lill-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ players Portugiżi, fosthom Fabio Silva, Renato Veiga, Nuno Mendes, Joao Neves u Francisco Conceicao. Huwa qal li ż-żgħażagħ, ħafna jarawh bħala eżempju u jħoss li għadu jista’ jispirahom.
Minkejja l-età tiegħu, Ronaldo qal b’mod umoristiku li jista’ jibqa’ jilgħab għal għaxar snin oħra. Għalih, l-aktar importanti hu li jħossu tajjeb u jkun jista’ jagħti kontribut lit-team.




