Wednesday, July 24, 2024

Anthony Borg u Godfrey Abela jgħaddu għall-fażi finali tal-Premier League of Darts

Aqra wkoll

Anthony Borg u Godfrey Abela ikkonfermaw posthom fir-rawnd prinċipali tal-Premier League of Darts wara rebħiet importanti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni.

Anthony Borg elimina erba’ avversarji wara li rebaħ kontra Stefan Licari (3-1), Mario Farrugia (3-0), Eucharist Baldacchino (3-2) u Stephen Grima (3-1).

Min-naħa tiegħu, Godfrey Abela għamilha għar-rawnd prinċipali wara riżultati pożittivi kontra Riyas Bonello (3-0), Kevin Aquilina (3-1), Olwyn Abela (3-1) u Gordon Stanmore (3-0).

Abela u Borg ingħaqdu ma’ Albert Scerri, Norbert Attard, Kirsten Aquilina u Enrico Scerri li kkwalifikaw mill-ewwel u t-tieni tournament ta’ kwalifikazzjoni.

Jonqos issa żewġ tournaments oħra ta’ kwalifikazzjoni se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin fil-Każin tal-Banda San Gejtanu fil-Ħamrun sabiex jiġu determinati l-10 finalisti ta’ din il-kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport