Antione du Bourg huwa r-rebbieħ tal-BOV Tazza l-Kbira 2021, l-aktar tiġrija prestiġjuża fil-Kalendarju tat-Trotti tal-Malta Racing Club.
Il-Gelding Franċiż ta’ 11-il sena misjuq minn Redent Magro, rebaħ it-tellieqa fuq distanza ta’ 2640 metru b’medja ta’ 1’14.6 fil-kilometru. It-tieni post mar għal Bara Min misjuq minn Jesmar Gafa. Juvels Boy, misjuq minn Caillin Borg rebaħ it-tielet post filwaqt li Michael Ellul b’Venale kiseb ir-raba’ post.
Wara t-tellieqa, Charles Azzopardi, Head CSR & Communication fil-Bank of Valletta, Clifton Grima, Segretarju Parlamentari tal-Youths, Sports and Voluntary Organisations u Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club ippreżentaw it-tazza prestiġjuża lir-rebbieħ.
Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni ta’ inizjattivi sportivi f’Malta u kburi li huwa assoċjat mat-Tazza l-Kbira, unur li beda’ mill-1934.